Lokali

AĠĠORNATA: Inċident ieħor f’sit tal-kostruzzjoni

Raġel ta’ 61 mis-Swieqi hu l-aħħar vittma ta’ inċident f’sit ta’ kostruzzjoni.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13.20. Jidher li waqt li r-raġel kien qed jaħdem f’sit fi Triq il-Wied, l-Imsida, waqa’ xi ġebel għal fuqu. Fuq il-post issejħet ambulanza għal iktar assistenza.

Sissa għadha mhux magħrufa l-kundizzjoni tar-raġel, però mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li r-raġel sofra ġrieħi gravi f’saqajh.

Ritratt: Matthew Tabone