Internazzjonali

Ir-Renju Unit: Jinqatel b’daqqiet ta’ sikkina fuq ferrovija f’Surrey

Il-Pulizija Britannika qed tinvestiga l-qtil ta’ raġel li qala’ daqqiet ta’ sikkina fuq ferrovija f’Surrey. Kelliema għall-British Transport Police sostnew li l-vittma spiċċa aggredit fuq ferrovija li kellha taħdem servizz ta’ wara nofsinhar minn Guildford sal-istazzjon ta’ Waterloo, f’Londra.

Is-servizzi tal-ferrovija, intant, spiċċaw sospiżi, b’sezzjoni tal-istazzjon ta’ Horsley tispiċċa mafgħluqa għall-pubbliku. Il-ferrovija li fuqha seħħ ir-reat għadha qed tinżamm fl-istazzjon, fil-villaġġ ta’ East Horsley u meta hemm is-servizzi għall-emerġenza fl-inħawi.