Futbol Sport

Maradona se jibqa’ kowċ ta’ Dorados

L-aġent ta’ Diego Armando Maradona, Matias Morla, ikkonferma li l-Arġentin se jkompli bħala kowċ tat-tim Messikan Dorados de Sinaloa. Maradona li għandu 58 sena ħa t-tmexxija ta’ tim li kien qed ibati fit-Tieni Diviżjoni f’Settembru u wassalhom sal-play-offs fejn kienu megħluba minn Atletico San Luis.

Minkejja li Maradona rari għamel sena fit-tmexxija ta’ tim, l-aġent tiegħu qal li l-Arġentin se jirritorna mat-tim mill-Messiku wara l-eżamijiet mediċi ta’ rutina li għamel f’pajjiżu fejn qatta’ l-jiem tal-vaganzi. Dorados jilagħbu l-ewwel logħba tal-istaġun għada f’darhom kontra Celaya.