Futbol Sport

Maria Sharapova tista’ titlef l-Open tal-Awstralja

Il-preparazzjonijiet ta’ Maria Sharapova biex tikkompeti fl-Open tal-Awstralja sofrew daqqa ta’ ħarta hekk kif weġġgħet kuxxtejha u kienet sfurzata li tirtira mill-Open ta’ Shenzhen. L-eks numru wieħed tad-dinja kienet qed titlef 6-1, 4-2 kontra Aryna Sabalenka waqt il-logħba mill-kwarti tal-finali.

Sharapova rebħet l-Open tal-Awstralja fl-2008 u l-aħħar suċċess li kisbet kien fl-2017 fl-Open ta’ Tianjin wara sospensjoni ta’ 15-il xahar minħabba doping. Hi għaddiet ukoll minn perjodu diffiċli fil-Grand Slams minkejja li fl-Open ta’ Franza s-sena li għaddiet waslet mal-aħħar tmienja.

L-Open tal-Awstralja jibda fl-14 ta’ Awwissu f’Melbourne, bir-Russa ta’ 31 sena għandha ġlieda kontra l-ħin biex tkun fiżikament tajba għall-ewwel Grand Slam tas-sena.

Sabalenka se tilgħab fir-rawnd li jmiss kontra Wang Yafan li għelbet lil Monica Niculescu 2-6, 7-6, 6-1. Alison Riske tilgħab fis-semifinali l-oħra kontra Vera Zvonareva wara li għelbet lil Veronika Kudermetova 4-6, 7-5, 6-3 filwaqt li Riske għeblet lil Sorana Cirstea 7-5, 6-1.