Atletika Sport

Titħabbar il-mewt tal-atleta Cecilia Fenech

Tħabbret il-mewt tal-atleta Cecilia Fenech. Għal snin twal Fenech kienet meqjusa bħala waħda mill-atleti ewlenin f’pajjiżna fuq id-distanzi twal, l-aktar il-maratoni u nofs maratoni. Infatti għal erba’ darbiet kienet l-ewwel atleta mara Maltija li daħlet fl-ewwel post fil-maratona ta’ Malta.

F’għaxar snin bejn l-1995 u l-2005 wettqet dan f’erba’ darbiet. L-ewwel fl-1995 u wara f’żewġ edizzjonijiet konsekuttivi fl-2002 u fl-2003, bl-aħħar suċċess tal-atleta ta’ Żurrieq Wolves ikun fl-2005. Cecilia Fenech kellha 57 sena.