Ewropa Lokali Unjoni Ewropea

Wara 14-il jum għadhom bejn sema u ilma

Tissokta s-saga tal-immigranti abbord il-bastiment Sea Watch 3

Kmieni dalgħodu, grupp ta’ ġurnalisti u membri parlamentari Ġermaniżi baħħru lejn il-bastiment Sea Watch 3 sabiex jaraw b’għajnejhom il-kriżi umanitarja li qed jiffaċjaw l-immigranti li ġew salvati mid-dgħajsa Sea Watch 3. Dawn l-immigranti inġabru mill-baħar Mediterran fit-22 ta’ Diċembru li għadda.

Il-grupp ta’ ġurnalisti hu magħmul minn Ġermaniżi u Taljani. Apparti deputati Ġermaniżi se jmorru ukoll rappreżentanti tal-Knisja Kattolika. Dawn qed ibaħħru lejn is-Sea Watch 3 permezz tal-bastimenti Mediterranea u Sea Watch.

B’kollox huma 49 l-immigranti li qed jitolbu kenn u li ilhom 14-il jum f’nofs ta’ baħar.