Lokali

Jinqabad il-Libjan maħrub

Il-Libjan li ħarab mill-għassa ta’ Ħal Qormi inqabad mill-pulizija.

Minn informazzjoni li għandu Net News, ir-raġel inqbad waqt li kien fil-Park and Ride ta’ Ħal Qormi. Hu kien qed jipprova jidħol fil-karozza privata tiegħu u kien bla manetti.

Il-Libjan hu Abdelsalam Ben Ahmed ta’ 45 sena.

Il-pulizija rringrazzjat lill-pubbliku tal-għajnuna li tat sabiex inqabad ir-raġel maħrub.