Lokali

AĠĠORNATA: Raġel jittajjar fi Gwardamangia

Għal ħabta tas-7.20 ta’ dalgħodu, raġel ta’ 32 sena mill-Kosta tal-Avorju residenti l-Marsa ttajjar minn karozza Toyota Passo misjuqa minn raġel ta’ 62 sena minn Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ fi Triq San Luqa Gwardamangia.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għal iktar kura.

Sissa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa, però jidher li r-raġel ma sofriex ġrieħi gravi.