Sport Sport Ieħor

Shiffrin tirbaħ it-Tazza tad-Dinja tas-slalom f’Zagreb

(Ritratt: EPA)

L-Amerikana Mikaela Shiffrin rebħet is-seba’ slalom konsekuttiva fit-Tazza tad-Dinja hekk kif iddominat l-ewwel avveniment tan-nisa tal-2019 f’Zagreb. Id-darbtejn rebbieħa overall bniet fuq il-vantaġġ li kisbet fl-ewwel tentattiv tagħha biex għelbet lil Petra Vlhova tas-Slovakkja b’1.25 sekonda filwaqt li Wendy Holdener tal-Iżvizzera spiċċat it-tielet 1.75 sekonda wara Shiffrin.

Din kienet ir-raba’ rebħa ta’ Shiffrin fil-kapitali Kroata, wara li rebħet f’Zagreb fl-2013, fl-2015 u s-sena l-oħra. Hi rebħet 12 mil-aħħar 13 u 28 mill-aħħar 34 slalom fit-Tazza tad-Dinja li ħadet sehem fihom. Nhar it-Tlieta, Shiffrin tista’ tilħaq ir-rekord ta’ kull żmien ta’ tmien rebħiet konsekuttivi fis-slalom li kienet għamlet Vreni Schneider tal-Iżvizzera fl-1989, b’Janica Kostelic tal-Kroazja tagħmel l-istess fl-2001.

Tags