Internazzjonali

Trump jhedded li jiddikkjara emerġenza nazzjonali

Il-President Amerikan Donald Trump qed jhedded li jiddikkjara emerġenza nazzjonali sabiex jibni il-ħajt fil-fruntiera mal-Messiku mingħajr l-approvazzjoni tal-Kungress.

Hu għamel dan wara li laqgħa li kellu mad-Demokratiċi li baqgħu jirriffjutaw it-talba tiegħu għall-fondi għall-bini ta’ dan il-ħajt.

Trump għadu ma rnexxielux jikseb l-appoġġ meħtieġ sabiex jiġu allokati fondi tal-gvern għall dan il-proġettu għaldaqstand hu baqa jirriffjuta li japprova abbozz sabiex jinħargu fondi għall ħidma tal-Gvern.

Minħabba din il-kewstjoni il Gvern Amerikan ilu tlett gimgħat bl-uffiċċji magħluqa u b’madwar 800 000 impjegat tal-Gvern mingħajr paga jew fuq leave sfurzat.

Il-White House u l-Kungress mistennija jerġgħu jiltaqgħu iktar tard matul il-ġurnata bies jippruvaw jilħqu kompromess dwar din il-kwestjoni.