Dalgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia żar il-Każin tal-Partit Nazzjonalista ta’ Marsaskala.
Hu ntlaqa’ mir-residenti tal-lokalità kif ukoll sab l-okkażjoni jagħti l-awguri għas-sena l-ġdida. Adrian Delia tkellem ma’ dawk preżenti dwar diversi suggetti ta’ interess għalihom fosthom dwar il-lokalità tagħhom ta’ Marsaskala.
F’diskors tal-okkażjoni l-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li hu jixtieq li l-politika f’pajjiżna ma tkunx politika ta’ mibegħda iżda għandna nġelldu l-ideat tagħna sabiex finalment jirbħu n-nies… jirbaħ il-poplu Malti. Adrian Delia ħeġġeġ lil dawn preżenti sabiex ikunu l-protagonisti tal-mod ġdid ta’ kif għandha ssir il-politika.
Hemm bżonn li wieħed jaħdem iktar biex nagħmlu l-lokalità ta’ Marsaskala isbaħ, iktar nadifa u iktar sigura. Mill-Oppożizzjoni rridu ntejbu lil pajjiżna… l-ewwel irid jiġi l-pajjiż imbagħad il-partit… b’hekk biss inkunu nistgħu ngħixu f’Malta aħjar.
Adrian Delia sostna li hemm ħafna nies li qed ibatu fis-silenzju. Irridu naħdmu biex min sejjer tajjeb, imur aħjar, però ma ninsewx lil dawn li qed ibatu. Il-Partit Nazzjonalista jrid ikun qrib ta’ dawn in-nies biex b’hekk bħala partit nagħtu tama ġdida għal ħajja aħjar lil dawn in-nies.
Preżenti għal din l-attivita’ kien hemm il-Viċi Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista David Agius u Robert Arrigo, kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Membri Parlamentari kif ukoll diversi membri ta’ kumitati u għaqdiet tal-lokalità ta’ Marsaskala.
//= $special ?>