Sport Sport Ieħor

Federer jinsisti li Djokovic hu l-favorit biex jirbaħ l-Open tal-Awstralja

Roger Federer iddikjara li s-sid numru wieħed tad-dinja Novak Djokovic hu l-favorit biex jirbaħ l-Open tal-Awstralja. Federer li preżentament jinsab fit-tielet post fir-rankings tad-dinja, qed jimmira għat-tielet suċċess konsekuttiv fl-ewwel Grand Slam u pprepara bl-aħjar mod wara r-rebħ tat-Tazza Hopman għat-tieni sena konsekuttiva.

Minkejja l-prestazzjonijiet tiegħu fl-aħħar jiem, l-Iżvizzeru ta’ 37 sena naqas li jgħolli l-aspettattiva għal Melbourne fejn qal li hu wieħed mill-isfidanti għat-titlu b’Djokovic il-favorit nett minkejja l-eliminazzjoni sorpriża fis-semifinali tal-Open tal-Qatar kontra Roberto Bautista Agut.

“M’hemmx dubju, Novak hu l-favorit. Irrelevanti minn dak li ġara f’Doha, kellu ħames, sitt xhur b’saħħithom is-sena l-oħra. Bil-klassi tiegħu, meta jirritorna fil-forma hu diffiċli biex tegħlbu.”

Federer żied li hu wieħed mill-għaxra favoriti. “Għadni ma nafx il-polza u ma nafx min hu l-avversarju tiegħi fl-ewwel rawnd.” Is-sena l-oħra, l-Iżvizzeru rebaħ l-ewwel 21 logħba tal-istaġun fosthom l-Open tal-Awstralja, filwaqt li sar l-ixjaħ plejer li kien fil-quċċata tar-rankings.

Tags