Futbol Sport

Fiorentina b’sessjoni ta’ taħriġ f’Ta’ Qali

It-tim Taljan tas-Serie A Fiorentina wasal f’pajjiżna bejn il-lejl tas-Sibt u l-Ħadd għal kamp ta’ taħriġ biex jippreparaw għat-tieni parti tal-istaġun tagħhom. It-tim taħt it-tmexxija tal-kowċ Stefano Pioli kellhom sessjoni ta’ taħriġ il-Ħadd wara nofsinhar fit-Training Grounds tal-MFA.

Huma jinsabu f’Malta bl-iskwadra kollha fosthom Luis Muriel li ngħaqad magħhom mingħand Sevilla fl-aħħar jiem. Il-Viola jkunu fl-azzjoni l-Erbgħa li ġej fil-Visit Malta Tournament f’logħbiet ta’ 45 minuta kontra Gżira United u Hibernians.