Lokali

Il-klieb maqfula fl-aħħar ser jitneħħew

Se tittieħed azzjoni dwar dak li qed iseħħ f’Ħad-Dingli wara li l-Ħadd filgħodu l-membru parlamentari Mario Galea ċempel lis-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri u lid-Direttur tal-Animal Welfare Noel Montebello biex jassigura li jittieħdu l-passi dwar l-istat tal-biki li jinsabu fih diversi klieb f’Ħad-Dingli. Huma kkonfermawlu li se jaraw li dan iseħħ.

F’post li kiteb fuq il-midja soċjali, huwa qal li minflok ma’ ħadu passi u ikkonfiskaw il-klieb, l-Animal Welfare qalu lis-sid sabiex issib post aħjar lil dawn il-klieb. Huwa kompla jgħid li għalxejn saru l-liġijiet li ma tistax iżżomm klieb marbutin b’ċinga u fi stat ħazin. Mario Galea se jkun qed jinsisti fil-Parlament sabiex jittieħdu passi għaliex il-liġi mhux qed tiġi infurzata .