Futbol Sport

Leicester u Fulham eliminati mill-FA Cup minn timijiet tal-League 2

It-timijiet tal-Premier League Leicester u Fulham kienu żewġ timijiet li sfaw vittmi ta’ timijiet ferm iżgħar minnhom biex spiċċaw eliminati mit-Tielet Rawnd tal-FA Cup. Fulham tilfu f’darhom kontra Oldham filwaqt li Leicester tilfu barra minn darhom kontra Newport ukoll 2-1.

Fulham kienu fetħu l-iskor fit-52 minuta minn Denis Odoi, iżda Oldham ġabu d-draw fis-76 minuta minn penalty ta’ Sam Surridge. Callum Lang skorja l-gowl tar-rebħa fit-88 minuta.

Leciester kellhom jiġru wara l-logħba wara li Jamille Matt kien poġġa lil Newport minn fuq wara 10 minuti. Rachid Ghezzal deher li se jevita t-telfa bil-gowl tad-draw fit-82 minuta iżda tliet minuti wara Padraig Amond skorja l-gowl tar-rebħa minn penalty.

FA Cup – It-Tielet Rawnd

Riżultati: Fulham v Oldham A. 1-2, Man City v Roterham U. 7-0, Millwall v Hull City 2-1, Preston v Doncaster 1-3, QPR v Leeds United 2-1, Sheff. United v Barnet 0-1, Woking v Watford 0-2, Newport v Leicester 2-1 , It-Tnejn: Wolves v Liverpool 8.45pm

Timijiet kwalifikati sa issa għar-raba’ rawnd:

Tottenham, Brighton, Burnley, Manchester United, West Bromwich Albion, West Ham, Accrington, Swansea, Bolton, Brentford, Chelsea, Everton, Wimbledon, Gillingham, Middlesbrough, Arsenal, Bristol, Crystal Palace, Portsmouth

Tags