Pulizija Eġizzjan inqatel ilbieraħ wara li prova jitfi l-miċċa ta’ bomba qrib knisja fil-Lvant tal-Kajr, jumejn biss qabel il-Kristjani Eġizzjani jiċċelebraw il-Milied Koptu.
Il-bomba nstabet ġo wieħed miż-żewġ baskijiet ħdejn il-koppla tal-knisja. Żewġ puliżija u turist weġġħu meta l-bomba ħadet.
S’issa għadu ħadd ma refa’ r-responsabbilità ta’ dan l-attakk.
Il-Koptiċi jagħmlu madwar 10 fil-mija tal-popolazzjoni u ilhom snin twal jiġġieldu għat-twemmin tagħhom, bil-knejjes tagħhom dejjem mgħassa minn membri tas-sigurtà.
//= $special ?>