Id-Dinja ta’Hollywood qed tħejji għas-76 edizzjoni tal-Golden Globe Awards annwali li se ttella matul il-lejl f’Los Angeles.
Is-serata ta’ premjazzjoni għall-aħjar films u atturi li ddistingwew ruħhom hi l-ewwel ċerimonja ta’ dan it-tip organizzat minn Hollywood għall-2019, bil-biopiku satiriku, Vice, li jitratta lill-eks President Amerikan, Dick Cheney, ikun l-aktar film b’nominazzjonijiet (sitta). Ftit warajh hemm A Star is Born (bl-atturi prinċipali Bradley Cooper u Lady Gaga, b’ħames nominazzjonijiet.
Sadanittant, il-films Mary Poppins Returns u BlackkKlansman, ta’ Spike Lee, għandhom erba’ nominazzjonijiet kull wieħed.
//= $special ?>

