Futbol Sport

Wayne Rooney arrestat u mmultat f’Washington

(Ritratt: Patrick McDermott/Getty Images)

Wayne Rooney ġie arrestat f’ajrupost fl-Istati Uniti fis-16 ta’ Diċembru f’inċident li fih instab li kien xurban filwaqt li kiser il-paċi pubblika. L-attakkant Ingliż kien immultat €22 u kellu jħallas €80 talli kiser regola li mhix kriminali. Hu kien arrestat mill-awtorità tal-ajruport ta’ Washington li għandha l-bażi ħdejn l-istadium ta’ DC United. Il-multa tħallset il-Ġimgħa u s-smigħ fil-qorti li kellu jinstema’ fl-24 ta’ Jannar tneħħa.

Kelliem ta’ DC United qal li huma konxji dwar ir-rapporti madwar Rooney. “Aħna nifhmu l-interess tal-media f’dan ir-rigward iżda nemmnu li hi kwistjoni privata li Wayne u DC United se jikkontrollawha internament. Ma għandiex aktar kummenti x’ngħaddu.”

Rooney spikka fl-ewwel staġun tiegħu fil-Major Soccer League wara li ngħaqad magħhom f’Ġunju tas-sena l-oħra. Il-plejer ta’ 33 sena skorja 12-il gowl f’20 logħba. L-istaġun il-ġdid hu mistenni li jibda f’Marzu, b’DC United jiftħu l-impenji tagħhom kontra r-rebbieħa tal-istaġun li għadda Atlanta United.

Tags