Internazzjonali

Kolp ta’ Stat fil-Gabon

Kmieni dalgħodu ħarġet l-aħbar illi l-armata fil-Gabon ħadet kontroll tal-pajjiż. Dan wara li l-familja tal-President Ali Bongo ilha tikkontrolla l-pajjiż għal dawn l-aħħar 50 sena.

Il-kolp ta’ stat seħħ għall-ħabta tal-4am, bis-suldati jidħlu fl-istazzjon nazzjonali tar-radju u jwasslu messaġġ lin-nazzjon.

L-armata qed tgħid illi ħadet il-kontroll f’idejha sabiex tassew tibda tirrenja d-demokrazija fil-pajjiż.

Issa l-armata waqqfet dak li qed issejjaħ ‘National Restoration Council’.

Il-Gabon hu pajjiż fl-Afrika ċentrali.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.