Il-film Bohemian Rhapsody kien ir-rebbieħ tal-premijiet ewlenin fis-serata tal-Golden Globes. Il-film dwar il-ħajja tal-kantant leġġendarju tal-Grupp Queen Freddie Mercury rebaħ il-premju tal-aqwa film u l-attur Rami Malek, li interpreta l-parti ta’ Freddie Mercury, rebaħ il-premju tal-aqwa attur.
Il-film rebaħ il-premijiet ewlenin minkejja li l-kritiċi kellhom reazzjoni mħallta għall-film u minkejja li l-produzzjoni tal-film għaddiet minn diversi ntoppi. Minkejja dan, Bohemian Rhapsody kien suċċess fil-box office u bir-rikonoxximent tal-bieraħ, Rami Malek hu fost il-favoriti li jirbaħ l-Oscar bħal l-aqwa attur fiċ-ċerimonja tal-aħħar ta’ Frar.
Film ieħor li mar tajjeb kien Green Book li rebaħ tliet premijiet. Diżappunt għall-film A Star is Born, fejn minkejja li kien meqjus fost il-favoriti u kien nominat għal ħames premijiet, il-film rebaħ premju wieħed biss, dak tal-aqwa kanzunetta originali bis-silta Shallow.
//= $special ?>