Raġel armat li kien liebes hoodie wettaq serqa minn ħanut fi Triq il-Wied Ħal Balzan ilbieraħ filgħaxija, fejn insterqu ammont ta’ flus kontanti.
F’dak il-ħin fil-ħanut kien hemm impjegata li għandha 44 sena u hi minn Birkirkara. Hi ma ġarrbet l-ebda ġrieħi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:30pm, bil-ħalliel jaħrab mill-post. Dalgħodu fil-fatt il-Pulizija qed twettaq tfittxija intensiva għal dan il-ħalliel.
L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejin.
//= $special ?>