Lokali

Ħatra ġdida fi ħdan il-Kurja

L-Arċisqof Charles J. Sicluna ħatar b’effett immedjat lil Roberto Buontempo bħala l-bniedem responsabbli mill-proprjetà tal-Knisja Maltija. Buontempo ser ikunu qed jieħu din ir-responsabbiltà wara t-tmexxija ta’ Ray Bonnici.

Qabel din il-ħatra huwa kellu diversi pożizzjonijiet f’karigi għoljin fi ħdan is-settur privat kif ukoll kien direttur f’diversi bordijiet kemm f’pajjiżna kif ukoll barra minn xtutna.

Roberto Buontempo kien ukoll involut f’diversi proġetti ma’ kumpanija ewlenija lokali. Huwa ukoll uffiċjal għoli fl-Ordni tas-Santu Sepulkru f’Ġerusalemm.