Ġurnalisti li ssoltu fil-bidu tas-sena jirċievu Press Card ġdida din is-sena minflok irċevew Access Card.
Minkejja li l-Gvern qiegħed f’taħditiet mal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin sabiex il-Press Cards jibdew jinħarġu minn dan l-isititut, u minkejja li l-Gvern ħareġ dawn l-Access Cards li ħadu post il-press cards fejn jidħlu l-attivitajiet marbuta mal-Gvern, jidher li nħolqot diffikultà fejn jidħlu attivitajiet jew positijiet fejn membri tal-media jista jkollhom bżonn aċċess u li għalihom ma tapplikax din l-Access Card.
Mhux ċar kemm se jdum biex jintlaħaq ftehim mal-Gvern dwar il-ħruġ tal-Press Cards mill-Istitut tal-Ġurnalisti…. imma intant il-ġurnalisti tħallew mingħajr Press Card li tista tkoprihom f’każ ta’ attivitajiet jew okkażjonijet li m’humiex relatati mal-Gvern.
Net News tkellem ma’ Yannick Pace, Chairperson tal-Istitut li kkonferma li teknikament, il-ġurnalisti għal issa qegħdin mingħajr Press Card u li t-taħditiet mal-Gvern sabiex l-Istitut jieħu f’idejh ir-reġistru tal-ġurnalisti għadhom hux konklużi.
Il-liġi sabiex il-ħruġ tal-Press Cards tgħaddi minn taħt idejn id-Dipartiment tal-Informazzjoni għal għand l-Istitutut tal-Ġurnalisti Maltin għaddiet is-sena l-ohra.
Din il-kwestjoni ma taffettwax biss il-ġurnalisti iżda anke ħafna professjonisti oħra li jaħdmu fl-istess qasam, inkluż camera persons, fotografi u video editors.
Fis-snin imgħoddija il-card li tinħareg mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, li hu Dipartiment tal-Gvern, kien ikollha mitkub fuqha il-kliem PRESS CARD. Il-cards li ħargu minn dan id-Dipartiment din is-sena minflok għandhom il-kliem ACCESS CARD.
//= $special ?>

