Sorsi fil-Gvern Ingliż matul il-ġurnata tat-Tnejn kienu rrapportati li kienu qed isostnu li l-vot fil-Parlament Ingliż dwar il-ftehim għall-Brexit se jsir fil-15 ta’ Jannar.
Il-Prim Ministru Theresa May kienet sfurzata tħassar il-vot li kellu jsir f’Diċembru wara li kien ċar li kien se jintilef b’maġġoranza kbira. Il-Gvern s’issa kien qed jgħid li l-vot kien se jsir fil-ġimgħa tal-14 ta’ Jannar.
Il-Ħadd, May qalet li r-Renju Unit kien se jispiċċa f’territorju mhux magħruf jekk il-ftehim li għamlet mal-Kummissjoni Ewropea ma jgħaddix mill-Parlament. Dan fost ftit ħjiel li irnexxielha tikkonvinċi lil dawk il-Membri Parlamentari xettiċi.
Il-vot fil-Parlament Ingliż dwar il-Brexit għall-15 ta’ Jannar
