Ewropa Lokali

Lejl ieħor fuq il-baħar; Malta u l-Italja jagħlqu l-portijiet

Is-saga tas-Sea Watch issa tidħol fis-16-il jum tagħha

Sa dalgħodu kemm Malta kif ukoll l-Italja għadhom qed iżommu l-portijiet tagħhom magħluqin u jirrifjutaw li jilqgħu lill-immigranti li jinsabu bejn sema u ilma abbord is-Sea Watch 3.

B’kollox il-grupp hu magħmul minn 49 immigrant.

Il-kaptan tal-vapur Kim Heaton-Heather qal illi l-maġġoranza tal-immigranti jinsabu fi stat ta’ disperament.

Ilbieraħ sar ukoll appell imqanqal mill-Papa Franġisku sabiex l-Ewropa tiftaħ idejha għal dawn l-immigranti.

Pajjiżi bħall-Olanda u l-Ġermanja diġa’ ħabbru li lesti jilqgħu lil dawn l-immigranti. Iżda qabel, hemm bżonn li jinsab port sigur li jitniżżlu fih.