L-Awrtorità ta’ Malta Għall-Kompetizzjoni u Għall-Affarijiet tal-Konsumatur harġet twissija dwar fliexken tal-juicer li mhux sikuri għax jistgħu jisomtuk.
Id-Direttorat għas-Sorveljanza tas-Suq, tad-Diviżjoni tar-Regolamenti Tekniċi fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur sab fis-suq lokali flixkun tal-juicer bla ditta li jista’ jkun ta’ riskju għoli għal min jużah.
Minbarra li m’għandux ditta u ma jinkludi l-ebda struzzjonijiet għall-użu, instab li meta jitferra fih il-misħun, il-flixkun jinbidel sew fil-forma tiegħu, bil-possibbiltà li tinstamat il-persuna li tkun qed tużah.
Fir-ritratt jidher il-flixkun tal-juicer qabel ġie mferra fih il-misħun (xellug) u wara (lemin).
L-MCCAA għalhekk tat parir lill-konsumaturi biex joqogħdu lura milli jużaw dawn il-fliexken u biex jirritornawhom minn fejn xtrawhom. L-MCCAA wissiet ukoll lil kull min qed ibigħ dan il-juicer biex ineħħu immedjatament mis-suq il-prodott imsemmi. L-istqarrija kompliet tgħid li se tkun qed tittieħed azzjoni kontra min jagħżel li jkompli joffri dan il-prodott għall-bejgħ.
Id-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq jista’ jiġi kkuntattjat fuq 2395 2000 jew b’email fuq msd.mccaa@mccaa.org.mt, jew fuq il-paġna tal-Facebook tal-MCCAA.
//= $special ?>