Internazzjonali

Żvilupp fl-għajbien tal-MH370

epa05300690 (FILE) A handout file combo picture made available on 12 May 2016 shows an image dated 21 March 2016 (top-L) showing a part of a plane debris found in Mossel Bay, near Cape Town, South Africa; and two undated handout pictures made available by the Australian Transport Safety Bureau (ATSB) of the detail of a piece of metal found on a beach in Mozambique (top-R and bottom). Malaysian Transport Minister Liow Tiong Lai confirmed on 12 May 2016 that the debris found in South Africa and Mauritius 'almost certainly' belong to the Malaysia Airlines flight MH370 which disappeared on 08 March 2014 with 239 people on board. EPA/NEELS KRUGER // ATSB/BLAINE GIBSON HANDOUT EDITORIAL USE ONLY/NO SALES

L-uffiċjali Malasjani qalu li bċejjeċ ta’ ajruplan li nstabu fuq bajja fil-Madagascar bi probabbiltà kbira kienu tal-ajruplan tal-Malasysia Airlines fuq Titijira MH370 li għeb f’Marzu tal-2014. F’Novembru, ħames biċċiet ta’ tifrik aktarx ta’ ajruplan kienu ngħataw lill-uffiċjali Malasjani.

Dan wara li kienu nstabu tliet xhur qabel f’Sandravinany, fil- Madagascar. Fil-maġġoranza tagħhom, dawn instabu minn Blaine Gibson, investigatur dilettant li ħa interess fil-każ tal-MH370.

Skont il-MH370 Safety Investigation Team, il-bċejjeċ kienu minn ajruplan u parti kienet ta’ Boeing 777 u kollox kien jindika li dan kien dak fuq Titjira MH370. Gibson qal li kien hemm bċejjeċ oħra fl-idejn fil-Madagascar imma għand min kienu riedu l-flus għalihom. S’issa żewġ tfittxijiet intensivi li kienu saru għall-fdalijiet tal-ajruplan qatt ma sabu xejn. Gibson qal li jemmen li l-ajruplan niżel ftit bogħod miz-zoni fejn saru t-tfittxijiet s’issa.