Anzjana ta’ 80 sena ndarbet gravi wara li ntlaqtet minn vettura fi Triq il-Ferrovija, f’Santa Venera.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-17:45 tal-bieraħ meta l-anzjana ntlaqtet minn vettura tat-tip Kia misjuqa minn raġel ta’ 51 sena residenti Birkirkara. Fuq il-post marret minnufih ambulanza li ħadet lill-mara lejn l-isptar Mater Dei biex tirċievi aktar kura, hemm ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija qed jinvestigaw dan l-inċident.
//= $special ?>