Lokali

Fl-Imsida: Xena oħra ta’ persuna rieqda barra

Persuni jorqdu barra f'kesħa xxoqq l-għadam.

Ritratt li rċevejna dalgħodu juri persuna li kienet tinsab għadha rieqda quddiem garaxx fi Triq il-Marina fl-Imsida. Dawn ir-ritratt qed jinxterdu kontinwament fuq il-midja soċjali, ta’ nies li m’għandhomx saqaf fuq rashom u jkollhom jorqdu barra.

Fid-dawl ta’ dawn l-episodji, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal bosta drabi li l-Gvern mhux jammetti l-għoli tal-prezzijiet f’ħafna prodotti essenzjali inkluż il-ħalib. Waqt li l-Gvern f’Jannar se jagħti żieda ta’ €2.33 fil-ġimgħa, biż-żieda fil-prezzijiet diġà ħa din iż-żieda minn filgħodu. Dan apparti taxxi oħrajn li l-Gvern idaħħalhom matul is-sena.

Fil-ġimgħat u x-xhur li għaddew, NET News irraporta wkoll diversi stejjer reali ta’ nies li mhux biss qed jgħixu f’riskju ta’ faqar, iżda li saħansitra spiċċaw jgħixu fil-faqar u anki mingħajr saqaf fuq rashom.