Lokali

“Irridu nkunu front wieħed kontra dan il-Gvern korrott” – Adrian Delia f’Times Talk

Intervista li fiha Adrian Delia kien konvinċenti u wieġeb id-domandi kollha

F’intervista mill-aktar diretta li kellu mat-Times, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia insista li l-ħidma tiegħu se tibqa’ iffukata biex f’pajjiżna jkollna front wieħed kontra dan il-Gvern immexxi minn Joseph Muscat. Huwa dan il-messaġġ li wassal Adrian Delia f’Times Talk, fejn saħaq li “se jibqa’ għaddej bix-xogħol tiegħu.”

Tul l-intervista kollha Adrian Delia kien mill-aktar konvinċenti fl-argumenti li ressaq u l-mod kif wieġeb id-domandi kollha li sarulu.

Hu tkellem ukoll dwar il-każ tas-separazzjoni tiegħu. “Jien qbilt li dawn iridu jibqgħu sitwazzjonijiet privati. Kull min ikollu separazzjoni ma jirriżenjax mix-xogħol tiegħu. Il-ħajja personali u x-xogħol ma jaqsmu xejn ma xulxin”, sostna l-Kap tal-PN.

Adrian Delia insista li l-każ personali tas-separazzjoni ma għandux x’jaqsam xejn mal-abbilta’ li tmexxi partit, u propju għalhekk qatt ma kkunsidra li jwarrab mit-tmexxija.

“Se nibqa’ sejjer ‘il quddiem – iffukat aktar minn qatt qabel – għaliex naf bl-appoġġ immens li qed nirċievi mingħand eluf ta’ persuni”, stqarr Adrian Delia.

https://www.facebook.com/NetNewsMalta/posts/10157353164609026?__xts__%5B0%5D=68.ARDuUPbmQy9uyiydUB6nrpq0LrNxAQ-1UZbgpxo9fm6wUmMZzxCfUfB-RWKwJ7c26tlvFNJapp8-IxOmVNIc8tDgNbvUwFZ33lNfXSdkl-1-stA_2WMO0549gNkKMjnHKmcSHlL1uOaXF-dwytS2Wr2Zwh8R0TsxYqJxV6weFEd9XXuNbVdQZoVYoxsnsYURZsGNhUbC131SCg-VGCQdJ5ggRbCHNKPwIHakbKuP_9LYkzFXglhHeK0tpbd4h4qSEC0KJRB8bi8KaoaYy-i1ojaYX2Nhmm26qHtOMRr-0zedIifDIeD6gyF4SC-k575cnPkTqVQ&__tn__=C-R