Raġel ta’ 30 sena mill-Kosta tal-Ivorju sofra ġrieħi gravi fuq il-post tax-xogħol f’Ħal Luqa. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.00 ta’ dalgħodu fi stamperija fi Triq Valletta.
Il-ħaddiem, li jgħix Bormla, weġġa’ waqt li kien qiegħed juża conveyor belt.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn hemmhekk ġiet magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.
Il-Pulizija qed tinvestiga dan l-inċident
//= $special ?>