Lokali Qorti

IKOMPLI L-ĠURI: Qatt ma kellha kuraġġ titkellem dwar l-istupru

Rapport tal-kollega Ray Abdilla

Wara seba’ snin ta’ abbuż iddeċidiet li titkellem minħabba li qatt ma sabet il-kurraġġ meħtieġ, u ma rieditx tkisser familja.

Dan ħareġ fix-xhieda tal-minuri, li llum għandha 16-il sena. Kuġinuha, żagħżugħ ta’ 25 sena mill-Marsa, nhar it-Tnejn, beda għaddej ġuri quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera akkużat li stupra lil kuġintu fil-“washroom” ta’ nanniethom. Minbarra akkuża ta’ stupru, l-akkużat – li ismu ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti biex tiġi protetta l-minuri – jinsab mixli wkoll li pparteċipa f’attivitajiet sesswali u kkorrompa wkoll lill-istess kuġina tiegħu. Skont il-Prosekuzzjoni l-attivitajiet sesswali u korruzzjoni ta’ minorenni kienu ilhom għaddejjin minn mindu t-tifla kellha seba’ snin u damu sakemm għalqet l-14-il sena.

L-allegata vittma qalet li l-abbuż kien iseħħ darba jew darbtejn fix-xahar, u li darba minnhom l-akkużat qalilha biex ma tgħid lil ħadd. Hija kienet tibża li xi ħadd kien se jgħajjat magħha, jew li l-familja kienet se titkisser. “Qatt ma kelli l-kurraġġ nitkellem, u l-aħħar darba li ġrat kien hemm tewmin magħna li jiġu wkoll il-kuġini tiegħi, u tal-akkużat. F’dik l-okkażjoni, kont fis-sodda magħhom, żewġ t’itfal żgħar, bi spallejja fuqhom. Kuġinuwi kien qed jilgħab bil-playstation, fejn kien qed jistenna telefonata. Wara huwa daħal fis-sodda u għatta lilu nniffsu b’liżar”.

L-akkużat għolla rkopptu “qabadli jdejjha, u bdejt nirreżisti. It-tfal f’dan il-ħin kienu reqdin, u għafasili ftit, sinjal li kien iħobb jagħmel tul is-snin biex idejjha jmorru lejn il-partijiet privati tiegħu. Ippruvajt nirreżisti, kif stajt mingħajr ma nħalli lit-tfal jindunaw. Dak il-ħin huwa poġġieli jdejja fejn ipooġġihom is-soltu. Iżda jien m’għamilt xejn. Madwar ħamsa jew 10 minuti wara, huwa rċieva telefonata, fejn wara qam, libes u telaq il-barra,”, qalet l-allegata vittma.

It-tfajla kienet mistqosija fuq okkażjoni minnhom meta l-avvanzi kienet għamlithom hi. Hija ammettiet u qalet li dan seħħ snin qabel l-inċident li kienet qed titkellem dwaru. Qalet li kienu fil-kamra tas-sodda, u li hu kien qed imexxi idejha l-fuq u l-isfel, u kien hemmhekk li tagħtu x’jifhem li rieditu jmissilha l-partijiet privati tagħha. Qalet li jiddispjaċiha dwar dan, fejn fil-fatt huwa kien għamel dak li xtaqitu jagħmel.

Wara x-xhud iddeskreviet kif hija kienet ġiet stuprata fil-“washroom”. Qalet li huwa ġiegħla tmil għal fuq il-washing machine, neħħielha il-qalziet ta’ taħt u ta’ fuq u ppenetraha. Qalet li dak il-ħin għajjtet “ajma” u kuġinuha beża’ mill-istorbju li kienet qed tagħmel u waqaf. Qalet li dak iż-żmien hija kellha 10 snin u kuġinuha 17-il sena.

Ix-xhud qalet li kien hemm darba oħra li l-akkuħat ipprova jkollu x’jaqsam magħha, imma ma ħallitux. “Naħlef li dan kollu ġara anke jekk kien hemm xi persuni li qalu li ffabrikajt li storja. Qalet ukoll li minkejja li qatt ma sar sess orali bejn il-koppja, l-akkużat ġieli pprova. Kemm il-darba kien jistaqsiha biex timmasturbah, u dan meta kellha tmien snin, sakemm kellha 11 jew 12-il sena. Qalet ukoll li hija ma kienitx tiftaħ qalbha mal-ġenituri tagħha, u li kienet taqfda iżjed f’zijitha, iżda qatt ma qaltilha xejn għax żgur li ma kienitx se temminha, kif fil-fatt ġara.

Ix-xhud qalet li hija qatt ma għamlet xejn mal-boyfriends tagħha, kif għamlet ma kuġinuha. Hija qalet li rabbiet il-kuraġġ li tgħid kollox dwar dak li seħħ, bis-saħħa tal-boyfriend preżenti tagħha, li kienu hu li rabbielha l-kuraġġ. Tenniet li ta’ 13,14 u anke meta kellha 15-il sena kienet tibki matul il-lejl, u li kienet tagħmel l-imħadda ma wiċċha biex ħadd ma jismagħha. Dwar il-pjaċir li kienet tieħu, qalet li dan kien biss ġisimha li jieħu gost, imma mentalment nixfet u spiċċat f’dipressjoni.

Hija qalet li kienet tibki ħafna, u li kienet tidħaq taparsi. Qalet ukoll li s-self-esteem tagħha huwa vera baxx u li xi kultant tibda tobgħod lil ġisimha. Fuq mistqosijiet tad-difiża magħmula mill-Avukat Franco Debono, ix-xhud qalet li kienet tiżfen u li dan kien iseħħ waqt il-perjodu tal-abbuż, u sostniet li kienet tagħmel hekk minħabba li kienet għaddejja minn forma baxxa. Iż-żfin qalet kien jaljenha mid-dwejjaq għal xi siegħha. Dwar kif il-familja tagħha qatt ma ndunat li kienet tkun imdejjqa, l-allegata vittma qalet li kienet taf taħbi dan kollu.

L-Avukat Franco Debono staqsa lix-xhud kif fuq ir-ritratt profil tagħha fuq Facebook, kien hemm hi qed tixrob cocktail minn straw, b’għajnejha magħluqin bil-kliem “I’ve got a good heart. But this mouth…”

Minkejja l-oġġezzjoni tal-Prosekuzzjoni, għal din id-domanda, l-Qorti talbet lit-tifla biex tispjega. It-tifla qalet li għandha qalbha tajba, iżda meta tkun irrabjata, tasal biex tgħid kollox. Qalet li kienet biss qed tippretendi li kienet qed tixrob cocktail. L-Avukat Marion Camilleri qalet li dan mhuwa xejn kompatibbli ma “low self esteem”. It-tifla qalet li jkollha bżonn il-make-up u li hi tieħu xi mitt ritratt qabel ma titfa wieħed fuq facebook. Kompliet tgħid li kienet tkun ferħana tiżfen u li hi mhijiet it-tip li tkun imdejjqa 24 siegħa kuljum għġal ġimgħa sħiħa.

Il-Prosekuzzjoni tagħlaq il-provi bir-recordings tal-istqarrijiet tal-akkużat

Tard it-Tlieta filgħodu l-Prosekuzzjoni temmiet il-provi tagħha dwar il-każ billi semmgħat ir-recordings tal-istqarrijiet fid-depot tal-Pulizija tal-akkużat, fejn dan innega kull akkuża li saritlu mill-Ispettur Paula Ciantar dwar l-istupru u anke li l-attivitajiet l-oħrajn l-allegati attiviatjiet sesswali mal-minuri. L-akkużat dejjem ċaħad li huwa għamel xi atti żienja ma’ kuġintu u dejjem wieġeb li huwa ma kienx se jagħmel dawn l-affarijiet ma tifla ta’ dik l-eta’.

Qal fid-depot, kemm fl-ewwel u fit-tieni stqarrija, li huwa ġieli ċċajta ma’ kuġintu, imma mhux b’dak il-mod. Kien ġieli jgħidilha li sidirha kien qed jifforma, imma dawk l-affarijiet qatt ma għamilhom. Qal li kellu tfajla u li kien ilu joħroġ magħha għal numru ta’ snin u li kellhom post. Qal li l-familja kienet dejjem tkun hemm u li huwa kien anke jiċċajta ma’ kuġintu quddiem ommha.

Kienu tliet membri tal-Korp tal-Pulizija li nterrogaw lill-akkużat, li wkoll beda jikkontendi magħhom li kieku riedu l-Pulizija setgħhu jagħmlu l-analiżi tagħhom dwar jekk hux vera li hu kellu x’jaqsam mal-allegata vittma. F’dan il-ħin l-Avukat Franco Debono deher jagħmel sinjali li ma kienx qed jaqbel mal-mod ta’ kif saret l-interogazzjoni tal-klijent tiegħu fid-depot, u qal li dan huwa kollu pressjoni biex tbeżża’ lill-akkużat u jitħalla jwieġeb bil-kwiet. Wara li ntemgħu r-recordings tal-istqarrijiet tal-akkużat, l-Avukat Debono iddikjara li l-klijent tiegħu ma kienx se jixhed f’dawn il-proċeduri, kif kellu d-dritt jagħl-akmel, u li iżda dan kien se jagħmlu invista tal-istqarrijiet li kien irilaxxa, l-akkużat stess.

L-Avukati Franco Debono u Mario Camilleri li qed jidhru għall-akkużat qed jikkontendu li l-klijent tagħhom dejjem kien konsistenti fl-istqarrijiet li ta lill-Pulizija bil-Prosekuzzjoni tgħid ukoll li l-vittma kienet ilha tiġi abbużata minn kuġinha minn l-eta’ tenera tagħha ta’ seba’ snin sa 14-il sena.jagħmel Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Avukat Nadia Attard, f’isem l-Avukat Ġenerali qed tgħid li fis-17 ta’ Novembru tas-sena 2017, il-Pulizija kienet ġiet avviċinata skola sekondarja, fejn kien ingħad li tfajla ta’ 14-il sena kienet irrappurtat diversi inċidenti ta’ abbuż sesswali minn kuġinuha għal seba’ snin sħaħ fir-residenza tan-nanna tal-akkużat u l-vittma fil-Marsa. Dawn l-abbużi kienu qegħdin isiru bejn wieħed u ieħor, darba fil-ġimgħa.Skont il-Prosekuzzjoni, li stupru seħħ meta t-tifla kellha 10 snin. Dan inhar hija kienet talbet lil kuġinuha biex jieqaf għax kienet qed tħossha, skomda, u fil-fatt l-att kien waqaf, iżda l-penetrazzjoni kienet seħħet. L-akkużat qed jgħid li dak li kien rrappurtat minnu kuġintu mhuwiex minnu, u wara li għall-ewwel ma riedx avukat biex jiddeffendih, biddel fehmtu ma sar jaf li kienet kuġintu li kienet qed tagħmel dawn l-akkużi. L-akkuża ta’ stupru ġġorr piena ta’ bejn sitt snin u 40 sena ħabs.