Nhar id-9 ta’ Lulju 1944, il-Vara Titulari ta’ San Sebastjan ħarġet itterraq għall-ewwel darba fit-toroq tal-Belt Pinto. 75 sena wara dan l-avveniment storiku, il-Vara se tinħareġ mill-ġdid proċessjonalment fil-jum liturġiku ta’ San Bastjan, nhar il-Ħadd 20 ta’ Jannar li ġej, u se tittella’ fejn il-Vitorja, fejn hemm dokumentat li xi darba eżistiet kappella ddeddikata lill-istess qaddis.
Il-vara ta’ San Sebastjan ta’ Ħal Qormi hija xogħol tal-iskultur Ġorġ Borg li skolpiha minn zokk ta’ siġra fis-sena 1938 fl-istil neoklassiku li kien għadu in voga ħafna lejn nofs is-seklu għoxrin. Meta kienet lesta, il-Vara nżebgħet kienet mill-pittur Tussaint Busuttil u ġiet ndurata mid-ditta Mallia & Xuereb.
Apparti din il-purċissjoni speċjali li se tgħaddi miż-żona parrokkjali Ġorġjana, il-Parroċċa Bastjaniża flimkien mas-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan se jtellgħu għadd ta’ festeġjamenti bejn is-Sibt 12 u l-Ħadd 20 ta’ Jannar. Partikolari fosthom huwa Programm Vokali u Strumentali is-Sibt 12 ta’ Jannar fit-8.00pm mill-Banda San Sebastjan fil-Knisja Parrokkjali biex propju jiftaħ dawn il-Festi. Lejlet l-20 ta’ Jannar, fis-6pm issir Translazzzjoni bir-relikwa tal-Qaddis Patrun mill-Knisja ż-Żgħira sal-Knisja Parrokkjali li tkun segwita minn quddiesa u marċ brijuż.
Din il-ġimgħa ta’ festi speċjali tintemm b’quddiesa solenni mmexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna f’jum il-Festa Liturġika fis-6pm.
//= $special ?>