It-Tnejn filgħaxija, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia għamel żjara formali fil-klabb tas-sapporters tal-Manchester United f’Santa Venera.
Adrian Delia, li huwa supporter tal-Manchester United, hu l-ewwel Kap ta’ Partit li qatt żar dan il-klabb.
Jilqgħu lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien hemm il-kumitat tal-klabb fosthom il-President Joseph Tedesco, il-Viċi President Joe Catania u s-Segretarju tal-klabb Robert J Muscat.
Waqt il-laqgħa Adrian Delia kellu diskussjonijiet dwar l-istorja ta’ dan l-istess klabb, dik tat-tim tal-Manchester United, u l-football in ġenerali.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista iffirma l-ktieb tal-viżitaturi waqt din iż-żjara.
Il-klabb tas-supporters tal-Manchester United f’Santa Venera din is-sena jagħlaq 60 sena mit-twaqqif tiegħu f’pajjiżna u huwa uffiċċjalemt l-iktar klabb antik eżistenti tas-supporters tal-Manchester United fid-dinja, inkluż fl-Ingilterra.
Kien John Calleja li fl-1959 waqqaf il-klabb u kien ukoll l-ewwel President tal-Klabb.
//= $special ?>