L-akbar katamaran li se jopera fil-Mediterran u t-tieni l-akbar fid-dinja l-M/V Gwanni Pawlu II, bħalissa jinsab fit-tarzna ta’ Hobart fit-Tazmanja, u fl-24 ta’ Jannar se jghaddi ghand il-Virtu Ferries.
Ftit ġranet wara il-bastiment se jkun qed jagħmel vjaġġ ta’ 17,780 kilometru b’kollox 20 ġurnata sabiex jasal Malta. Il-bastiment ser ikun qed jaqsam l-Oċean Indjan, jieqaf waqfa fil-port ta’ Frementle f’Awstralja u jkompli bil-vjaġġ tiegħu bid-destinazzjoni finali tkun Malta.
Il-Vjaġġi tiegħu minn Malta lejn Sqallija u lura ser jibdew minn Marzu ta’ din is-sena.
Il-Bastiment se jkun magħmmar b’4 magni li jiġġeneraw total ta’ 36.4 Mega Wott. L-għan huwa li jonqos it-tniġġiż fil-bahar – b’sahha fit-traġitt lejn Sqallija li tfisser servizz aqwa bejn iz-zewg pajjizi.
B’kapaċita’ ta’ 900 passiġġier u garaxx li jesa’ 167 karozza dan il-katamaran huwa il-ħames wieħed li se jkun mibni mill-ġdid u l- 11 wieħed b’velocita qawwija mibgħut lill-Virtu Ferries wara l-bidu tas-servizz bejn Malta u Sqallija fl-1988.
Bħal kull katamaran tal-Virtu Ferries, dan ukoll se jkun qed itajjar il-bandiera Maltija.
//= $special ?>
