Ewropa Lokali

IS-SAGA SEA WATCH: “Tensjoni abbord, iżda qed jieklu”

18-il jum bejn sema u ilma - il-portijiet għadhom magħluqin

“Il-bastimenti tagħna jinsabu ostaġġi tal-Ewropa”.

Hekk qalet fuq Twitter l-ngo Sea Watch hekk kif issa dan il-vapur, flimkien mas-Sea Eye, ilhom 18-il jum li salvaw grupp ta’ 49 immigrant mill-baħar Mediterran.

Il-volontiera tas-Sea Watch qalu li s-sitwazzjoni abbord għadha waħda ta’ tensjoni, iżda jidher li issa l-immigranti għamlu ftit sforz biex jieklu. Sat-Tnejn kien qed jingħad li l-persuni fuq is-Sea Watch għaddejjin minn trawma kbira. “Għallinqas issa kulħadd qed jiekol”, qalu fil-messaġġ fuq Twitter.