Internazzjonali

L-Unjoni Ewropea lesta tgħin lil May

Theresa May
L-UE m'għandha l-ebda ħsieb li tbiddel il-ftehim

L-Unjoni Ewropea qed tikkUnsidra kif se tgħin lill-Prim Ministru Brittaniku Theresa May tikkonvinċi lill-Parlament tar-Renju Unit biex jaqbel mat-trattat tal-Brexit li hi ftehmet mal-mexxejja tal-UE. Madankollu l-Unjoni Ewropea kkonkludiet li mhux se tibdel il-ftehim.

L-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters qalet li uffiċjali fil-Brussell qed jiddiskutu kif se jassiguraw lill-Parlament Brittaniku biex jgħinu lil May tirbaħ kontra r-reżistenza għal ftehim, qabel ma jivvutaw il-leġiżlaturi fil-ġimgħa li ġejja.

Fid-dawl ta’ dan l-eżekuttiv tal-Unjoni Ewropea iżda għamilha ċara li l-mexxejja mhux se jibdlu l-ftehim, u f’każ li m’hemmx qbil, l-Unjoni Ewropea lesta li tħalli lir-Renju Unit titlaq għal riħha mingħajr l-ebda ftehim f’postu.