Futbol Sport

Mousa Dembele mistenni jkompli l-karriera fiċ-Ċina

Il-midfielder ta’ Tottenham Mousa Dembele jinsab qrib li jkompli l-karriera tiegħu fiċ-Ċina mal-klabb tas-Super League Beijing Guoan għal ftit aktar minn €12-il miljun. Il-kuntratt preżenti tal-internazzjonali Belġjan ta’ 31 sena jintemm f’dan is-sajf u ilu ma jilgħab ma’ Tottenham minn meta weġġa’ l-għaksa kontra Wolves f’Novembru.

Dembele lagħab 243 logħba fil-Premier League u skorja 12-il gowl. Hu ngħaqad mat-tim minn Londra mingħand Fulham fl-2012. Il-Belġjan lagħab 80 logħba mat-tim nazzjonali u kien parti mill-iskwadra nazzjonali li spiċċat it-tielet fit-Tazza tad-Dinja.