Lokali

NET LIVE: L-attività siżmika tal-Etna

Fl-aħħar jiem, diversi esperti Maltin stqarrew illi jekk l-Etna jikrolla lejn il-bahar Mediterran – f’każ remot ħafna – hemm possibiltà li jinħoloq tsunami li jolqot lil Malta. Iżda li hu ċert hu, illi jekk iseħħ terremot kbir fi Sqallija, dan żgur se jinħass f’Malta ukoll.

Il-Professur Pauline Galea miċ-ċentru siżmiku fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta kienet mistiedna fil-programm Net Live fejn tkellmet dwar l-iżbroff tal-vulkan Etna u l-attività siżmika tal-aħħar ġranet.

Il-Professur Galea sostniet li l-Etna huwa vulkat segwit hafna mix-xjentisti minħabba li huwa kontinwament attiv.

Hi spjegat li normalment taħt vulkan issib volum kbir ta’ blat imdewweb li kultant żmien jitla’ fil-wiċċ u joħloq bidla fl-istruttura tal-vulkan innifsu.

Pauline Galea qalet li bħalissa ċ-ċentru siżmiku ta’ Malta qed jagħmel użu minn 6 strumenti bejn Malta u Għawdex ….u apparti minn hekk jagħmlu komunikazzjoni ma’ ċentri oħra simili madwar l-Ewropa.