Lokali

“Niddefendu lit-tfal u ‘l-persuni vulnerabbli”

Fi tweet il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li Malta mhu se tkun tapit ta’ ħadd, u li tattiċi ta’ “bullying” minn pajjiżi akbar huma inaċċettabbli.

Intant Adrian Delia appella biex inħarsu n-nies vulnerabbli li jinsabu bejn sema u ilma fuq il-bastiment Sea Watch. Huwa qal li dawn għandhom il-ħtieġa ta’ għajnuna umanitarja u jeħtieġu l-kenn mill-aktar fis.