Futbol Sport

Pepe jagħmel ritorn ma’ Porto

Id-difensur Portugiż Pepe reġa’ ngħaqad ma’ Porto b’kuntratt ta’ sentejn u nofs, 12-il sena wara li kien ħalla lill-klabb biex ingħaqad ma’ Real Madrid. Il-plejer ta’ 35 sena, lagħab għal tliet staġuni ma’ Porto u magħhom rebaħ darbtejn il-kampjonat.

Pepe li lagħab 103 logħbiet mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu, rebaħ diversi unuri ma’ Real Madrid fosthom tliet darbiet il-kampjonat u tliet darbiet iċ-Champions League. Hu ngħaqad mat-tim Tork Besiktas fl-2017 iżda nħall mill-kuntratt f’Diċembru.

Ir-ritorn tiegħu ma’ Porto tfisser li se jerġa’ jkun qed jilgħab mal-eks gowlkiper ta’ Real Madrid Iker Casillas u għandu ċans li jirbaħ it-tielet kampjonat tiegħu mal-klabb minħabba li fil-preżent Porto jinsabu sitt punti vantaġġ fil-quċċata tal-Primeira Liga.

Tags