Lokali

Raġel iweġġa’ bi ġrieħi gravi wara li ttajjar fix-Xewkija

L-isptar ġenerali ta' Għawdex

Raġel ta’ 59 sena weġġa’ gravi wara li dalgħodu ttajjar fix-Xewkija, Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.10am fi Triq it-Taflija.

Il-Pulizija qalet li r-raġel, li joqgħod ir-Rabat, Għawdex, intlaqat minn karozza Peugeot 206 misjuqa minn raġel ta’ 43 sena li joqgħod iż-Żebbuġ.

Ir-Rabti ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza. Il-Pulizija qed tinvestiga dan l-inċident.