Internazzjonali

Renju Unit: Ifeġġu mill-ġdid id-drones fl-ajruport ta’ Heathrow

Numru ta’ titjiriet mill-ajruport ta’ Heathrow ( f’Londra) waqfu wara d-dehra ta’ drone fl-inħawi. Dan meta l-awtoritajiet tal-ajruport kienu qed jikkooperaw mal-pulizija biex ‘jevitaw kwalunkwe theddida għas-servizzi tal-ajru’.

It-tijiriet minn Heathrow waqfu bħala miżura ta’ prekawzjoni, bl-investigazzjonijiet qed ikomplu. L-awtoritajiet tal-ajruport, intant, talbu apoloġija lill-passiġġieri għall-inkonvenjent li qed toħloq din is-sitwazzjoni.

Il-każ ġdid qed ifakkar fil-konfużjoni tax-xahar li għadda fl-ajruport ta’ Gatwick wara attività bid-drones regolari f’dik iz-zona.

Is-sitwazzjoni kienet mistennija tirritorna għan-normal minn ħin għall-ieħor.