Lokali Saħħa

Twissija dwar prodott ta’ meraq tal-lumi

Permezz ta’ stqarrija d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika avża lill-pubbliku dwar nuqqas fi prodott tal-meraq tal-lumi. Dan hekk kif il-prodott imsemmi huwa tad-ditta Piacelli Citrilemon u jġorr id-deskrizzjoni ‘Lemon juice concentrate’. Il-flixkun jesa’ 200ml u jiskadi fl-14/07/2020.

Intqal li l-meraq tal-lumi m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi għas-sulfati minħabba li nstab li fih sulfati li mhumiex iddikjarati fuq it-tikketta.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 21337333 mit-8:00am sas-2:30pm jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.

Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri fl-uffiċċju tad-direttorat f’Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija l-Antika f’Santa Venera.

Tags