Is-saga bejn il-biljunarju mis-Sirja Yahya Kirdi u Naxxar Lions kompliet tiħrax hekk kif Kirdi fetaħ proċeduri legali kontra n-Naxxarin kif ukoll kontra l-Malta Football Association. Kirdi jidher qed jitlob li kumpens ta’ kważi €600,000 f’qorti fil-Kanada. Hu qed jitlob kumpens għall-finanzi li ħareġ u f’danni morali.
Kirdi kien wiċċ ġdid għall-futbol Malti meta kien preżentat fil-31 ta’ Awwissu tal-2017. F’konferenza stampa dakinhar, l-eks President ta’ Naxxar Lions Michael Zammit Tabona kien qal li rċieva telefonata mill-eks plejer David McCreery li Kirdi kien interessat jinvesti fi klabb fl-ogħla diviżjoni f’pajjiż Ewropew.
Iżda fil-verità, l-investiment li kien qal li se jagħmel fit-tim baqa’ ma wasalx, b’Naxxar saħansitra jkunu relegati mill-Kampjonat Premier. Il-problema l-kbira jidher li feġġet fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-klabb f’Ġunju fejn anki jidher li kien mgħajjar.
F’kummenti li għadda lill-media lokali, is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Angelo Chetcuti qal li l-assoċjazzjoni flimkien mal-klabb se jkunu qed tikkontesta l-akkużi. Hu qal li bħala assoċjazzjoni ma għandhomx informazzjoni ta’ ftehim bejn iż-żewġ partijiet u wissa biex il-klabbs lokali joqogħdu attenti meta jġibu persuni barranin fl-amministrazzjoni tal-klabbs.
//= $special ?>