Ikompli d-dewmien biex Tottenham jilagħbu fl-istadium il-ġdid tagħhom hekk kif qalu li mhux se jkunu lesti biex jilagħbu sa tal-anqas Marzu. Oriġinarjament huma kienu skedati li jilagħbu f’White Hart Lane f’Settembru iżda l-proġett sofra dewmien fil-kostruzzjoni.
Iċ-chairman ta’ Tottenham Daniel Levy talab apoloġija lill-partitarji u rringrazzjahom tal-paċenzja kontinwa. Il-grawnd il-ġdid li se jospita logħbiet tal-NFL, bl-istadium jesa 62,062 spettatur u jinsab fil-post eżatt ta’ fejn kien l-istadium l-antik. F’Diċembru, diversi eluf li għandhom s-season ticket, tħallew iżuru s-South Stand f’attività appost mill-klabb.
Il-mistoqsija prinċipali tibqa’ meta Tottenham se jibdew jilagħbu fl-istadium il-ġdid? Tottenham ikkonfermaw li se jilagħbu f’Wembley Stadium il-logħbiet tal-Premier League kontra Manchester United, Watford, Newcastle u Leicester.
Barra minn hekk, hemm il-logħba mir-rawnd tal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League kontra Borussia Dortmund u l-logħba tal-ħames rawnd tal-FA Cup jekk jikkwalifikaw.
Il-logħba li jmisshom f’darhom tkun kontra r-rivali Arsenal it-2 ta’ Marzu, iżda minħabba s-sigurtà, mhix mistennija li tkun din l-ewwel logħba. Dan ifisser li potenzjalment il-logħba kontra Crystal Palace fis-16 ta’ Marzu tista’ tkun l-ewwel logħba ta’ Tottenham fid-dar il-ġdida tagħhom.
//= $special ?>