Tul il-ġurnata tal-lum mistennija jitkomplew id-diskussjonijiet dwar Brexit. Dan wara li May kienet ipposponiet il-vot kruċjali dwar il-ftehim bi kważi xahar.
Huwa mistenni li jkun hemm ħamest ijiem ta’ diskussjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea kif ukoll dwar x’tip ta’ relazzjonijiet se jkun hemm bejn l-Ingilterra u l-Ewropa fil-futur.
It-Tlieta li ġej imbagħad mistenni jittieħed il-vot dwar dan.
Il-vot oriġinarjament kellu jittieħed fil-11 ta’ Diċembru iżda l-Prim Ministru Ingliż Theresa May kienet ipposponiet dan il-vot fid-dawl ta’ indikazzjonijet li l-istess vot ma kienx se jgħaddi minħabba oppożizzjoni qawwija fil-Parlament.
//= $special ?>