Lokali

Iktar droga maqbuda fl-ajruport

Wara l-qabdiet rekord ta’ droga mid-Dwana Maltija tul l-2018, l-uffiċċjali tad-Dwana l-bieraħ għamlu l-ewwel qabda għal din is-sena.

Mara ta’ nazzjonalità Niġerjana li waslet Malta fuq ajruplan minn Treviso inżamm mill-uffiċċjali tad-Dwana. Il-basktijiet tagħha ġew mgħoddija mill-iscanner u ġew iċċekkjati. Wara tfittxija fil-basktijijet tagħha nstab li l-mara kienet qed iġġorr ħames boroż tal-plastik li hi qalet kien fihom ħut imnixxef iżda li wara testijiet irriżulta li kien fihom id-droga marijuana.

Hi kienet qed iġġorr total ta’ kilo u mitt gramma droga.

L-iskwadra tal-pulizija ta’ kontra d-droga ġew informati bis0-sejba u l-mara nżammet taħt arrest.

Hi mistennija tittressaq il-Qorti llum filwaqt li l-pulizija għadha qed tinvestiga.