Ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Libja, flimkien mal-immigrazzjoni u s-sitwazzjoni preżenti fil-pajjiż ġar tagħna kienu wħud mit-temi diskussi f’laqgħa bejn il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat u l-Prim Ministru Libjan Fayez al-Sarraj f’Kastilja.
Il-Prim Ministru Malti qal li pajjiżna hu lest li jgħin lil-Libja biex jimxi ‘l quddiem u bit-tama li dan il-pajjiż jisfrutta l-potenzjal kollu tiegħu. Tkellem ukoll dwar il-ħtieġa ta’ kordinazzjoni aħjar fl-immigrazzjoni, filwaqt li wieħed iħares lejn is-sitwazzjoni mill-aspett ta’ sigurtà daqskemm mill-aspett uman.
Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Libjan qal li minkejja d-diffikultajiet li qed jiffaċċja, pajjiżu jħares ‘il quddiem għal żvilupp ekonomiku, anke b’relazzjonijiet aħjar ma’ pajjiżi bħal Malta. Hu appella li b’dan l-ispirtu, Malta u l-Libja jibqgħu jaħdmu flimkien.
//= $special ?>