Lokali Qorti

Il-Qorti tal-Appell tirrevoka ordni għall Inkjesta fuq il-Panama Papers

Ordni mogħtija mill-Maġistrat Ian Farrugia fuq talba ta’ Dr. Simon Busuttil għall inkjesta Maġisterjali dwar dak kollu li ħareġ mill-Panama Papers kienet revokata mill-Qorti tal-Appell f’digriet li ngħata, li spjega li l-allegazzjonijiet li saru mill-ex Kap tal-Oppożizzjoni huma spekultattivi.
Il-Qorti preseduta mill-Imħallef Giovanni Griscti qalet li l-fatti preżentati ma jammontawx għall-atti kriminali. F’Lulju tal-2017, il-Maġistrat Farrugia kien sab biżżejjed provi biex tinfetaħ inkejsta fuq ħasil ta’ flus minn uffiċjali tal-Gvern u oħrajn fuq dokumenti li kienu saru pubbliċi dwar il-Panama Papers fl-2016.

L-uffiċjali msemmija kienu l-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi, il-Prim Ministru Joseph Muscat, iċ-Chief of Staff fl-uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri, kif ukoll persuni nvoluti fin-negozju bħal Brian Schembri, Karl Cini, Malcolm Scerri u Adrian Hillman.

L-inkjesta kienet qed tintalab minn Dr. Simon Busuttil, li kien għamel talba biex tinvestiga lil dawn il-persuni. Din it-talba kienet preżentata ftit ġimgħat wara l-elezzjoni ġenerali tal-2017. It-talba kienet intlaqgħat mill-Maġistrat Ian Farrugia, iżda l-persuni indikati kienu appellaw.
Il-każ kien spiċċa quddiem l-Imħallef Antonio Mizzi u kien hawn lil Dr Simon Busuttil kien għamel talba għar-rikuża tiegħu peress li dan huwa miżżewweġ lil Membru Parlamentari Ewropew Marlene Mizzi, u għahekk seta’ kien hemm kunflitt ta’ interess. It-talba ma kienitx intlaqgħet, ftit taż-żmien qabel l-Imħallef Mizzi kellu, jirtira, bil-każ jiġi assenjat lill-Imħallef Giovanni Griscti.

Fid-digriet tiegħu l-Imħallef Griscti qal li Dr. Simon Busuttil qatt ma qal b’mod ċar x’inhuma l-fatti dwar ħasil ta’ flus. Tenna li huwa kien obbligat jistqarr x’kien ir-reat li sar, u fil-kuntest tal-każ inkwistjoni, u li jgħid ukoll min mill-akkużati kienu nvoluti u kif.

Id-digriet jgħid ukoll li Dr. Busuttil ma jridx jassumi responsabbilita’, tant li fuq l-allegazzjonijiet li għamel, kien tenna li l-Membru Parlamentari Ewropew Ġermaniż, Langen kirn pubblikament iddikjara pubblikament li dawn il-fatti huma ktieb miftuħ ta’ ħasil ta’ flus. Madankollu qal l-Imħallef Griscti, il-presigwiti ta’ inkjesta Maġisterjali m’għandhomx ikunu opinjonijiet ta’ terzi persuni, iżda fatti li jikkonstatixxu att kriminali.

Id-digriet jgħid ukoll li mhux sew li Maġistrat għandu jagħmel tali xogħol investigattiv.